Proponimenti
Nipproponi li nattendi bil-profitt, kuljum, fil-qasam tal-MUSEUM.
Nipproponi li nħajjar lit-tfal u liż-żgħażagħ biex jattendu għat-tagħlim tal-ħajja.
Nipproponi li nikkoreġi ruħi f’kull nuqqas tiegħi, speċjalment fil-kurżità żejda u fil-kliem żejjed.
Nipproponi li malli nitqarben noffri lill-Missier etern il-pjagi ta’ Kristu, għas-salvazzjoni tal-erwieħ.
Nipproponi li noqgħod għat-tmexxija tal-prefett tiegħi.