Arloġġ ta' Talb

7:00 a.m.

Litanja

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena. Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena.
Imqaddsa Ommna Marija. Itlob għalina
San Mikiel. Itlob għalina
San Ġwann Battista. Itlob għalina
San Ġużepp. Itlob għalina
San Pietru. Itlob għalina
San Pawl. Itlob għalina
San Stiefnu. Itlob għalina
San Lawrenz. Itlob għalina
San Alwiġi. Itlob għalina
Santa Ġemma. Itlob għalina
Santa Marija Goretti. Itlob għalina
Santa Čecilja. Itlob għalina
Santa Tereżina. Itlob għalina
San Gorġ Preca. Itlob għalina
Qaddisin kollha t’Alla. Itolbu għalina

Ħaruf t’Alla, li tneħħi
d-dnubiet tad-dinja, ismagħna, nitolbuk, Mulej Ġesù.
Minn kull deni eħlisna, nitolbuk, Mulej.‎
Minn kull dnub‎‎ eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Mill-qerq tax-Xitan eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Mill-mewt ta’ dejjem eħlisna, nitolbuk, Mulej.
BI-Inkarnazzjoni tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bit-Twelid tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bil-Ħajja tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bil-Passjoni tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bil-Mewt tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bil-Qawmien tiegħek eħlisna, nitolbuk, Mulej.
Bit-Tlugħ tiegħek fis-sema eħlisna, nitolbuk, Mulej.

Qaddis Alla,
Qaddis Qawwi,
Qaddis Immortali,
Ħenn Għalina.