L-ewwel kelmiet mal-qawmien ikunu:
Ġesù, Marija, Ġużeppi.
Il-Missierna
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen.
Missier Qaddis, jiena noffrilek il Pjagi Divini ta’ Ħuna Ġesù Kristu biex nirringrazzjak kif jistħoqqlok li ħlaqtni, li tajtni l-Fidi Nisranija, u sabiex tmexxini f’kulma nagħmel.
Ammen.
Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid Int kif fis-sema hekda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. La ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna mid-deni. Ammen.
Alla Missier, jiena nbierkek u nadurak.
Alla Iben, magħmul bniedem, jiena nbierkek u nadurak.
Alla Spirtu Santu, jiena nbierkek u nadurak.
Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.
Ammen.