Meditazzjoni fuq Kristu Msallab
Missier Qaddis, Sinjur tas-sema u tal-art, għall-merti tal-pjagi divini
ta’ Ibnek Ġesù Kristu, agħtini l-Ispirtu s-Santu biex nista’ naghtik glorja.
Ammen.
Il-Ħadd
Il-Ħniena ta’ Alla
Infatti huwa tana ‘l Ibnu b’Salvatur tagħna wara li offendejnieh bid-dnub.
It-Tnejn
Il-Ġustizzja ta’ Alla
Infatti huwa lanqas ħelisha ‘l Ibnu biex jitħallas għad-dnubiet tad-dinja.
It-Tlieta
L-Infern
Infatti biex jeħles il-bnedmin mit-telfien ta’ dejjem, Alla nnifsu sar bniedem, bata u miet.
L-Erbgħa
L-Umiltà ta’ Kristu
Infatti huwa wassal lilu nnifsu f’dak l-istat hekk baxx, magħdud mal-ħżiena.
Il-Ħamis
Il-Manswetudni ta’ Kristu
Infatti huwa talab għal dawk li sallbuh.
Il-Ġimgħa
L-Imħabba ta’ Kristu
Infatti huwa, għas-saħħa tal-bnedmin, ħalla ħajtu għax ried hu.
Is-Sibt
Il-Paċenzja ta’ Kristu
Infatti huwa fost l-uġigħ u d-disprezzi kollha, qagħad għar-rieda tal-Missier tiegħu, kif qal fil-Ġnien taż-Żebbuġ: “Missier, mhux kif irrid jien, imma kif trid int ikun magħmul.”