Offerta Generali
Missier Qaddis, Sinjur tas-sema u tal-art, jien ngħaqqad mal-merti tal-pjagi ta’ Ibnek Ġesù Kristu, u noffrilek kulma nagħmel u kulma nbati f’ħajti kollha biex:
- nagħrfek b’Alla tiegħi,
- nirringrazzjak għall-imħabba kbira tiegħek lejna l-bnedmin,
- inpatti għad-dnubiet tiegħi,
- u niġbed fuqi u fuq il-proxxmu tiegħi d-doni tal-ħajja ta’ dejjem.