Arloġġ ta' Talb

12:00 p.m.

Offerta Generali

Missier Qaddis, Sinjur tas-sema u tal-art, jien ngħaqqad mal-merti tal-pjagi ta’ Ibnek Ġesù Kristu, u noffrilek kulma nagħmel u kulma nbati f’ħajti kollha biex:

  • nagħrfek b’Alla tiegħi,
  • nirringrazzjak għall-imħabba kbira tiegħek lejna l-bnedmin,
  • inpatti għad-dnubiet tiegħi,
  • u niġbed fuqi u fuq il-proxxmu tiegħi d-doni tal-ħajja ta’ dejjem.